Wara perjodu ddedikat għall-irkupru u l-mistrieħ neċessarju, l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna jinsab lest biex jerġa’ jibda l-impenji pubbliċi u pastorali tiegħu. L-aħbar ġiet ikkonfermata uffiċjalment mill-Arċidjoċesi ta’ Malta permezz ta’ stqarrija maħruġa fuq il-midja soċjali.
Wara diversi ġimgħat ta’ konvalexxenza biex jerġa’ jikseb saħħtu lura, l-Arċisqof se jerġa’ jkun preżenti b'mod attiv fost il-parroċċi u l-komunitajiet madwar il-gżejjer Maltin minn dan ix-xahar stess. Fost l-ewwel impenji tiegħu, Monsinjur Scicluna se jkun qed jerġa’ jmexxi personalment iċ-ċelebrazzjoni tal-quddies u jieħu sehem f’diversi laqgħat u funzjonijiet importanti.
L-Arċidjoċesi ddeskriviet dan ir-ritorn bħala opportunità sabiħa biex, flimkien mar-ragħaj spiritwali tagħhom, il-fidili jkomplu jwettqu l-missjoni tal-Knisja u jimxu 'l quddiem bħala komunità waħda mibnija fuq il-fidi, it-tama u l-imħabba lejn xulxin.
Nawgurawlek Eċċellenza
Facebook/Archdiocese of Malta