Edema Gatt Tirbaħ Il-Premju Għall-Aqwa Parrukkiera Kreattiva Ta’ Din Is-Sena

Edmea Gatt hija parrukkiera Maltija li tmexxi n-negozju tagħha stess, Estilosa, li jinsab ġewwa l-Fgura. Trad filgħaxija, qasmet messaġġ emozzjonanti wara li rebħet il-premju L-Aqwa Parrukkiera Kreattiva tas-Sena 2026, waqt il-Malta Hairdressing & Barber Awards.

Dan il-mument għal Edmea jfisser ħafna, wara snin ta’ passjoni, kreattività u ħidma kontinwa. Fil-fatt, permezz ta’ messaġġ emozzjonanti, Edmea esprimiet kemm kienet kburija li setgħet iżżomm dan il-premju f’idejha, bħala rikonoxximent għall-ħidma kollha li wettqet tul is-snin. Għaliha, dan il-mument huwa xhieda li meta wieħed jemmen f’dak li jagħmel u jibqa’ jaħdem b’dedikazzjoni, jidħol fiċ-ċans li anke jiġi rikonoxxut mill-poplu u anke saħansitra jirbaħ premju.

“Kburija. Grata. U żgur li ma spiċċajtx hawn,” qalet Edmea, li jidher ċar li minkejja dan is-suċċess, għadha tħares ’il quddiem lejn aktar kreattività u sfidi ġodda.

Il-premju L-Aqwa Parrukkiera Kreattiva tas-Sena 2026, għalhekk mhux biss jirrappreżenta trofew, iżda wkoll snin ta’ xogħol, passjoni u fiduċja fil-kapaċitajiet tagħha.

Barra minn hekk, f'messaġġ ieħor irringrazzjat lil ommha talli dejjem sabitha ta' spalla, kif ukoll tas-sapport kontinwu u ta' dak kollu li tagħmel magħha minn wara l-kwinti, biex hi tkompli tissaħħaħ.

Ritratti:

Facebook/Edmea Gatt

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI