"Neħħi Minn Moħħok Il-Ħsibijiet Fuq Ġismek U Gawdi Kemm Tiflaħ. Tħallix Is-Self Esteem Ifottilek Sajf!" – Danita

Danita tefgħet filmat fil-ħin perfett, hekk kif wasalna għal żmien il-baħar. Ħafna nies ma jgawdux daqstant dan l-istaġun minħabba ħsibijiet li jkollhom dwarhom infushom.

“Inkun nixtieq li ĦADD ma jħossu inqas min ĦADD. Kemm kienet tgħidli ommi, u illum ngħid kemm kella raġun, KULĦADD GĦANDU S-SABIĦ TIEGĦU! Min għandu ħaġa u min għandu oħra. Ħadd ma hu perfett, ftakkar waħda. Li l-baħar dejjem ħa tara min hu irqaq u min fih aktar minnek, u ftakkar ukoll. MIN IL-MADOFFFFI ĦA JOQGĦOD IĦARES LEJK U JGĦID,’ ara din kemm ħxienek,’ jew ‘ara ċellolite din.’ Tħallix il-moħħok ifottilek il-memorji kollha li tista tagħmel!”

Danita tefgħet filmat bil-parir li xtaqet tgħaddi. “Neħħi minn moħħok il-ħsibijiet fuq ġismek u gawdi kemm tiflaħ. Tħallix is-self esteem ifottilek sajf!” 

Prosit Danita – qed tagħmel kuraġġ kbir lil ħafna bla dubju b’kliem bħal dan!

Facebook/ Danita Camilleri







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI