“Xi Drabi Alla Jlaqqa’ Jgħidu. Dan Hu Dak Li Għamel Bija U B’Din Il-Mara Sabiħa Li Llum Ser Tagħlaq Żmienha” – Silvana Camilleri Tabone

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, Silvana Camilleri Tabone awgurat lill-ħabiba tal-qalb tagħha f’jum għeluq sninha.

Kitbitilha, “Xi drabi Alla jlaqqa’ jgħidu. Dan hu dak li għamel bija u b’din il-mara sabiħa li llum ser tagħlaq żmienha. Kbirna flimkien insomma mhux 10 snin imma nafu lil xulxin 34 sena. Tista’ tgħid għamilna ħajja flimkien. Dejjem ċajtiera, titbissem u minkejja kollox lesta toħroġ għonqha għalik, mhux għalija biss imma għal min għandu x-xorti jkun qrib tagħha.”



Żiedet tgħid,  “Jien nawguralek li tibqa’  Karen Meli li dejjem nafuk, J’Alla tkun mimlija għomor, kuntentizza u saħħa.”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha f’din il-ġurnata tant speċjali. Nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha!



Ritratti:

Facebook / Silvana Camilleri Tabone

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI