“Ninsab Mimli Bl-Emozzjoni… Merħba Fid-Dinja Ben” – Il-Fotografu Mark Soler

Il-fotografu lokali Mark Soler u s-sieħba tiegħu Bianca Schembri għadhom kif taw l-aħbar li lbieraħ saru ġenituri taċ-ċkejken Ben!

“Fit-18 ta’ Frar fil-11:00am wasal… Merħba fid-dinja BEN. Kemm Bianca kif ukoll it-tarbija huma b’saħħithom u tajbin,” żvela Mark fuq il-midja soċjali. “Grazzi lil Alla talli tana dan ir-rigal biex ngħożżu ħajjitna.”





B’mod li jindirizza direttament lil Bianca, hu kiteb: “Prosit għażiża sieħba, talli ġibt tarbija tant adorabbli f’ħajjitna! Dan huwa l-aqwa rigal tiegħek lilna u jien dejjem se nkun grat lejk! Ninsab mimli bl-emozzjoni tal-ferħ u ma nistax nistenna biex inġib lilkom it-tnejn fid-dar sabiħa tagħna flimkien.”

Hu spiċċa l-aħbar tiegħu billi rringrazzja “lill-istaff kollu fl-OBS 3 u speċjalment lill-qabla tagħna Marie u lit-tobba u lil kull min kien involut f’dan il-vjaġġ mill-aqwa.”



Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw mill-qalb lill-Mark u lil Bianca ta’ din l-aħbar tant sabiħa!

Facebook/Mark Soler

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI