"Ninsabu Bla Kliem" – Din Il-Kelba B'Uġigħ Kbir Issofri U Kienu Jorbtuha B'Ċinga!

L-assoċjazzjoni tal-annimali abbandunati taħdem bla waqfin biex tgħin l-annimali. Tagħmel dan b’qalb muġugħa wara l-oħra. “Xi kultant insibu każijiet li jħalluna xxokjati” kitbu llum. Ġiet salvatha din il-kelba li semmewha ‘Alexia’, din kienet fit-triq tokrob bl-uġigħ.





Alexia għandha fetqa kbira li għandha bżonn operazzjoni maġġuri. Tant hi kbira li lanqas biss tista’ timxi. Il-marki m’għonqha juru li min kien jieħu ħsiebha kien jorbotha b’ċinga. “Bla Kliem, din il-fetqa ma ġietx mil-lum għal għada imma ilha’ ssofri” jgħidu l-AAA u jikkonfermaw li ser tiġi operata l-ġimgħa d-dieħla.



Kull sapport hu apprezzat; ibgħat sms;

  • 50617350 €2.33
  • 50618060 €4.66
  • 50618910 €6.99
  • 50619200 €11.66
jew Revolut fuq; 79730921.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI