“Nirrifletti Fuq Dan Il-Vjaġġ Tal-Junior Eurovision Song Contest Li Ma Ninsa Qatt, Qalbi Hija Mimlija Gratitudni.” – Ramires Sciberras

Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, Ramires jikteb messaġġ wara l-avventura fil-Junior Eurovision Song Contest permezz ta’ Stilla Ċkejkna.

Hu jikteb, “Nirrifletti fuq dan il-vjaġġ tal-Junior Eurovision Song Contest li ma ninsa qatt, qalbi hija mimlija gratitudni. Grazzi lid-delegazzjoni inkredibbli Maltija li ħadmet bla heda biex kollox ikun possibbli, immexxija minn Gordon Bonello, il-Kap dedikat tad-Delegazzjoni tagħna kif ukoll il-moħħ wara l-viżwali u l-koreografija fuq il-palk, akkumpanjat minn Jeremy Dalli, il-Kap tal-Media.”

Hu jkompli, “Grazzi enormi lill-għalliema tal-vuċi tiegħi, Maria Abdilla, li kienet pilastru ta’ appoġġ, u lill-maniġer tiegħi, Erika Said, talli kienet gwida għalija f’kull pass tal-vjaġġ. Lil ġenituri tiegħi, li temmnu fija jfisser kollox.”

Ramires ikompli, “Lil Lon Kirkop, li ta qalbu kollha biex jikteb Stilla Ckejkna, u lill-kompożituri Aleandro Pace Monsigneur u Peter Borg talli taw ħajja lill-kanzunetta—grazzi talli ħloqtu xi ħaġa tassew speċjali għalija.” Hu jirringrazzja lil min providielu l-ilbies tul il-vjaġġ u lil Herman Vassallo li ħadem l-ilbies apposta għal fuq il-palk, ilbies li Ramires jgħid, “verament ħadt gost nilbes!”

Hu jtemm b’ringrazzjament, “Lil kulħadd li vvota, ċapċap u appoġġani, grazzi talli għamiltu dan il-vjaġġ wieħed li ma ninsa qatt. Dan mhux it-tmiem; dan huwa biss il-bidu. Għal aktar mumenti x’ninqasmu flimkien!”





Facebook / Ramires Sciberras



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI