Kmieni din il-ġimgħa, il-Kulleġġ Santu Wistin qasam ritratt u ringrazzjament lil wieħed mill-ħaddiema tiegħu li spiċċa mill-kulleġġ minħabba l-fatt li se jkun qed jirtira. Huma jiktbu, “Nixtiequ nirringrazzjaw minn qalbna lil Toni Nappa (handyman Kulleġġ li ħadem fiż-żewġ campuses) li matul din il-ġimgħa se jkun qed jispiċċa minn mal-Kulleġġ Santu Wistin minħabba l-irtirar tiegħu.”
Huma jżidu, “Grazzi mill-qalb għal dak kollu li kien u li għamel tul is-snin ta’ servizz. Toni kien persuna maħbuba minn kulħadd, li ħabb ħafna u dejjem ta sehmu b’mod ġeneruż u b’dedikazzjoni kbira. Kien ukoll ta’ gwida u ispirazzjoni għal ħafna studenti. Kien edukatur agostinjan bis-sempliċità u l-imħabba tiegħu.”
Huma jtemmu bil-kliem, “Nawgurawlek l-aqwa possibbli. L-irtirar it-tajjeb. Se nimmissjawk. Grazzi ħafna Ton. Grazzi.”