"Nisma’ Min Jgħidli 'Issa Xjaħna' – Jien Inweġibhom, Irringrazzjaw ‘L Alla Li Xjaħna, Għax Għadna Ħajjin" – John F'Intervista Ma' The People Of Malta

John huwa raġel li tant japprezza l-ħajja, u meta jqum u qabel ma jorqod, jgħid “Grazzi Mulej”.

F’intervista ma’ The People of Malta, John spjega li l-ħajja għandha l-mumenti sbieħ u mumenti koroh. Hu osserva li kultant azzjoni ta’ persuna waħda tista’ tbiddellek il-ġurnata kollha.

Il-ħajja daqqa sabiħa u daqqa kerha. Kieku tixtieqha li tkun dejjem sabiħa, imma l-ħajja kif tiġi. Ġieli azzjoni ta’ persuna waħda tbiddillek il-ġurnata. Issib 99 persuna li jkunu tajbin, imma persuna waħda ħażina tħassarlek kollox.”

Saħaq ukoll li kultant, meta jkun xi mkien u jisma’ lil xi ħadd jgħid, “issa xjaħna”, jgħidilhom li għandhom jirringrazzjaw lil Alla, għax ix-xjuħija tfisser li għadhom ħajjin.

Jien dejjem għaddej. Lill-Mulej ngħidlu meta niġi ħdejk tini x’nagħmel – nieħu ħsieb l-annimali jew xi ġnien,” jagħlaq il-messaġġ tiegħu John. Ammirevoli wisq!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI