Norman U Josette Hamilton Jiċċelebraw Ġurnata Għażiża Ferm

Norman u Josette Hamilton illum jiċċelebraw 34 sena miżżewġin. Il-koppja Maltija nafuhom l-aktar bħala personalitajiet fuq it-televiżjoni lokali iżda l-karriera tagħhom tmur lil hinn minn hekk. Il-koppja għandhom żewġt ibniet, Davinia u Yasmin.





Huma ħafna li jimmissjaw lil din il-koppja fuq it-televiżjoni lokali. Il-programmi li tellgħu dejjem kienu ta’ kwalità u maħbuba ferm minn tant u tant nies. Fost l-aktar programmi popolari li kellhom ma nistgħux ma nsemmux Sibtijiet Flimkien u Bla Aġenda.



Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Norman u lil Josette l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż għall-familja tagħhom. Nittamaw li jkollhom aktar snin ta’ mħabba mimlija ferħ u kuntentizza flimkien ma’ wliedhom. Awguri mill-ġdid.

Facebook / Norman Hamilton

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI