Fuq il-paġna tiegħu, Oliver Scicluna qasam memorja ħelwa minn tfulitu, li tibqa’ mnaqqxa f’qalbu għal dejjem.
Hu kiteb, “Nostalġija ta’ żmien ilu meta konna nieħdu gost litteralment bix-xejn. Hawn flimkien ma’ sħabi ġewwa l-ground li konna nsejħulu t-tennis court. Ground abbandunat li kien tat-tennis iżda aħna konna nilagħbu l-football fih. Niftakar li aħna t-tfal li konna noqogħdu l-Kalkara konna nieħdu ħsiebu u kemm il-darba organizzajna tournaments tal-football.”
Żied jgħid, “Żmien sabiħ fejn il-komunita` kienet ferm iżjed magħquda mil-llum. It-tfal ta’ kull eta` kienu jilagħbu barra, xemx u xita. F’dan ir-ritratt mal-ħbieb antiki Brady u Matthew, u Shtein fuq wara. U ħaġa oħra dak iż-żmien kien jistħajjilni David Beckham eee!!!”
Facebook / Oliver Scicluna