“Ommu Qaltli Li Dalgħodu Lili Semma’ L-Ewwel U Qalilha Biex Imorru Fejn Mr Lelio” – Is-Surmast Lelio Spiteri Bi Storja Ħelwa

F’Jum San Valentinu, is-Surmast Lelio Spiteri kellu ġrajja ħelwa x’jaqsam mas-segwaċi tiegħu. Din il-ġrajja tkompli tixhed l-innoċenza ħelwa tat-tfal u l-imħabba kbira li għandhom f’qalbhom.

Fuq il-paġna tiegħu hu kiteb, “Għadhom mank daqqu s-sebgha ta’ filgħodu. Jidħol voice message fuq il-messenger. Nisimgħu. ‘Happy Valentines mister Lelio. I love you.’ U bewsa. Bagħthieli tifel tal-Kinder 2. Ommu qaltli li dalgħodu lili semma’ l-ewwel u qalilha biex imorru fejn Mr Lelio. Qaltlu llum is-Sibt. Le ta, dawn it-tfal wisq tafux.”



Ma tistax ma titfagħlekx tbissima fuq fommok din l-istorja. Il-messaġġ ta’ dan it-tifel ikompli juri wkoll id-dedikazzjoni tas-Sur Lelio lejn it-tfal tal-iskola tiegħu, tant li f’jum San Valentinu, it-tfal jiftakru fih.





Ritratti:

Facebook / Lelio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI