Owen Leuellen, ir-rapper li kiseb suċċess fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta żvela fuq l-istejjer ta’ instagram tiegħu li bħalissa hu single. Dawk li jżuru l-profil ta’ Facebook tiegħu ukoll jistgħu jikkonfermaw dan. Żgur li ċerti ammiraturi ħa jieħdu gost b’din l-aħbar.
Il-kantant fl-istess stejjer fuq instagram żvela li fil-jiem li ġejjin ħa jkun qed iniedi kanzunetta ġdida b’filmat mużikali. Ħafna jinsabu anzjużi sabiex jaraw biex ħa joħroġ ir-rapper Malti. Hu żvela li din is-sena jixtieq li joħroġ l-ewwel album mużikali tiegħu u jidher li għandna nistennew aktar singles mingħandu.
Meta mistoqsi dwar iċ-ċans li jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, ir-rapper lokali qal li mhux ix-xena tiegħu. Hu jixtieq li jiffoka fuq il-mużika u fi ftit snin jittanta xortih barra minn xtutna.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Owen kull suċċess – kemm fil-karriera mużikali, kif ukoll fl-imħabba. Nemmnu li kapaċi jkompli jkabbar l-udjenzi u l-ammiraturi tiegħu aktar ma jgħaddi żmien. Awguri minn qalbna.