Hekk kif persważ li jaf kulħadd, mistenni xi riħ fuq Malta fil-jiem li ġejjin fejn skont rapporti diversi mistenni li ser ikun qawwi. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Is-Servizz Pubbliku qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit passi ta’ prekawzjoni li wieħed għandu jieħu biex jevita l-ħsarat.
Huma qalu, “Riħ qawwi huwa mistenni li jaħkem il-gżejjer Maltin tul il-jiem li ġejjin. Ħu passi ta’ prekawzjoni sabiex tevita l-ħsarat:
Tipparkjax il-karozza taħt is-siġar jew ħdejn il-ħitan tas-sejjieħ
Ara li l-affarijiet fuq l-bejt u ġol-gallarija huma marbutin sewwa
Ara li l-għatu tat-tank tal-ilma huwa magħluq sewwa.”
Facebook/Is-Servizz Pubbliku