Popolin Iġib Lura F’Kamra Waħda Bosta Veterani Tat-Televiżjoni Malti Fl-Aħħar Programm Ta’ Din L-Iskeda

Min bħali kiber isegwi t-televiżjoni u d-drammi lokali żgur li bosta mill-personalitajiet li żaru l-aħħar programm ta' Popolin għal din l-iskeda, ġabulu emozzjoni ta' nostalġija enormi.

Fost dawn il-personalitajiet rajna lil Lino Mintoff, li fost ħafna baqa' sinonimu mad-dramm Il-Madonna Taċ-Ċoqqa, flimkien ma' Jane Marshall lura fl-1979. Rajna wkoll għal darb'oħra flimkien lil John Demanuele u Charles Saliba, lil Joseph Quattromani, Maryanne Muscat u Fabian Scerri De Carlo fost oħrajn.



Kien episodju tassew interessanti, li ġab ħafna memorji, fejn smajna wkoll bosta praspar minn wara l-kwinti, li aħna s-segwaċi rari jkollna ċans nisimgħu.

J'Alla x-xena tad-drama Maltija tibqa' b'saħħitha għas-snin li ġej.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI