Josline U Marvic Ser Jirritornaw Bil-Programm ‘Qabża’!

Josline u Marvic

Il-programm popolari Qabża se jkun qed jirritorna fuq NET Television għat-tieni staġun tiegħu, bil-personalitajiet maħbuba Josline u Marvic, li ser jerġgħu imexxu vjaġġ madwar Malta u Għawdex.

Minn lokalità għal oħra, mill-kosta sal-qalba tal-irħula, b’doża tajba ta’ umoriżmu u ċajt, Qabża rnexxielu jispikka bħala programm li jgħaqqad divertiment, kultura u skoperta. It-tieni staġun se jibda jixxandar fit-22 ta’ Lulju fuq NET Television.



Din l-edizzjoni se tinkludi żjarat f’għaxar lokalitajiet differenti, flimkien ma’ numru ta’ intervisti ma’ personalitajiet li għandhom stejjer interessanti x’jaqsmu mat-talent tagħhom, il-folklor lokali u l-karatteristiċi uniċi ta’ kull raħal. Se jkun hemm ukoll diversi episodji minn Gozo, kif ukoll żjarat f’bajjiet moħbija u żoni kostali li joffru veduti mill-isbaħ.

‘Qabża’ se jkompli jiffoka fuq l-ikel tradizzjonali, il-kultura, il-mużika u l-festi Maltin, filwaqt li jwassal lit-telespettaturi fil-qalba tal-irħula biex jiskopru l-leġġendi u l-istejjer marbuta ma’ kull lokalità.

Il-produzzjoni tal-programm hija f’idejn Gail Mallia, flimkien mat-tim tal-cameramen ta’ NET Television, li se jkunu qed jivvjaġġaw madwar il-gżejjer biex iwasslu lit-telespettaturi t-togħma awtentika ta’ Malta u Għawdex.

Ritratti:

Facebook/ NET Television

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI