“Il-Kanonku Dun Stefan Galea Li Għadu Kemm Ġie Maħtur Bħala L-Arċipriet Il-Ġdid Tal-Parroċċa San Gejtanu” – Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun - A.D. 1889 ferħu mal-Kanonku Dun Stefan Galea li għadu kemm ġie maħtur bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa San Gejtanu fil-Ħamrun.

Huma qalu, “Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp tifraħ lill-Kanonku Dun Stefan Galea li għadu kemm ġie maħtur bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa San Gejtanu fil-Ħamrun. Inħarsu 'l quddiem biex flimkien mal-Arċipriet il-ġdid inkomplu naħdmu għall-ġid tal-Ħamrun kif dejjem għamilna.”

Żiedu jgħidu wkoll, “Dun Stefan Galea qed iservi bħala Viċi-Arċipriet fil-Parroċċa ta' San Publiju, Floriana. Nifirhulu u nippreparaw ruħna biex nagħtuh merħba sabiħa!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI