Prof. Frank Bezzina Elett It-82 Rettur Tal-Università Ta’ Malta

Il-Professur Frank Bezzina ġie elett b’mod unanimu bħala t-82 Rettur tal-Università ta’ Malta waqt laqgħa tal-Kunsill li saret ilbieraħ 26 ta’ Marzu 2026.



Huwa kien l-uniku kandidat nominat u se jibda l-mandat tiegħu ta’ ħames snin fl-1 ta’ Lulju 2026, fejn se jieħu post il-Prof. Alfred J. Vella. Fil-viżjoni tiegħu, il-Prof. Bezzina jara l-Università bħala istituzzjoni li tifforma b’mod attiv il-futur tal-pajjiż, permezz ta’ kollaborazzjoni mal-komunità u setturi differenti, filwaqt li tinżamm l-awtonomija akkademika.



Huwa saħaq fuq l-importanza ta’ riċerka u tagħlim ta’ kwalità għolja, kultura ta’ innovazzjoni u ħsieb kritiku, kif ukoll ambjent inklussiv għall-istudenti u l-istaff.

Il-Prof. Bezzina wiegħed li se jmexxi b’għaqal u jżomm dejjem f’moħħu l-ġid tal-Università u tal-pajjiż.



Ritratti:

Facebook / University of Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI