“Prosit Mill-Qalb, Andrew! L-Aħħar Pass Qabel Ma Ssir Perit” – Roderick Galdes

Illum iben Roderick Galdes jiċċelebra jum il-gradwazzjoni tiegħu. Permezz ta’ kelmtejn fuq il-paġna tiegħu, Roderick Galdes awguralu mill-qalb u esprima kburija kbira bih.

Hu kitiblu, “Prosit mill-qalb, Andrew! L-aħħar pass qabel ma ssir perit, frott tant studju, ħidma u sagrifiċċji. Aħna kburin bik u nawgurawlek kull suċċess għal dak li jmiss!”

Flimkien ma’ dan il-messaġġ hu ppubblika ritratt il-ġmiel tiegħu tal-familja kollha flimkien, tifkira ta’ din il-ġurnata. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nifirħu lil Andrew mill-qalb għal dan it-tragward, li huwa prova tad-determinazzjoni tiegħu. Nawgurawlu wkoll ir-risq fil-futur u fil-karriera tiegħu.

Ritratt:

Facebook / Roderick Galdes

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI