Fuq il-paġna: Meagan’s Road to Hope, Meagan awgurat mill-qalb lill-għażiża nanna tagħha f’jum għeluq sninha. L-għan ta’ din il-paġna hi li tqajjem iżjed għarfien dwar il-WWOX syndrome.
Hi kitbet, “Illum ġurnata speċjali għalija għax qed niċċelebraw għeluq snin xi ħadd li għandu post speċjali f’qalbi. In-nanna Rita! Għażiża Nanna, nixtieqlek il-ferħ kollu tad-dinja, imħabba bla qies, u fuq kollox, saħħa, biex inkunu nistgħu nqattgħu mumenti sbieħ flimkien u nkomplu noħolqu memorji speċjali flimkien.”
Qalet ukoll, “Sentejn ilu f’din il-ġurnata jien kont qed niġġieled għal ħajti u kont f’kundizzjoni kritika, kważi kont se nħalli din id-dinja. Immaġina x’għeluq snin kien dak għalik u għall-familja tagħna... Imma ħares lejna llum! Din is-sena, irnexxieli nagħtik l-isbaħ rigal. Għandek lili lura d-dar. Qed inħossni ħafna aħjar u nista niċċelebra din il-ġurnata speċjali miegħek.”
Żiedet tesprimi kemm tħobbha u awguratilha l-isbaħ jum f’għeluq sninha.
“Nittama li niċċelebraw ħafna iżjed għeluq snin flimkien!” temmet tikteb.
Facebook / Meagan’s Road to Hope