Il-familja ta’ Agata Restaurant tinsab f’luttu wara li tħabbret l-aħbar tal-mewt ta’ Nabin Somai, ħabib u kollega maħbub li kien jagħmel parti mit-tim tagħhom. F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, Agata Restaurant iddeskrivew lil Nabin bħala persuna twajba, b’qalb tajba u membru apprezzat ferm mit-tim.
"B’diqa kbira, il-familja ta’ Agata Restaurant qed tibki t-telfa tal-għażiż ħabib u kollega tagħna, Nabin. Nabin Somai kien persuna twajba, b’qalb kbira u membru apprezzat tat-tim tagħna. Il-preżenza tiegħu, il-ħbiberija u t-tbissima tiegħu se jinħassu ħafna fostna lkoll," kitbu.
Huma wasslu wkoll il-kondoljanzi tagħhom lill-familja u lill-għeżież tiegħu, kif ukoll lil dawk kollha li kellhom ix-xorti li jsiru jafuh u jħobbuh. "Strieħ fis-sliem ta’ dejjem, Nabin. Qatt m’int se tintesa," temmew jgħidu.
Kondoljanzi lill-familja, lill-ħbieb u lill-kollegi kollha tiegħu f’dan il-mument diffiċli.
Facebook / AGATA Restaurant