"Qabżet Minnufih Fil-Karozza Ta’ Żagħżugħ Qalbu Tajba, Bħal Qisha Qed Titlob Biex Isalvaha. Għandha Sentejn Biss" – Christa Cilia

L-attivista Christa Cilia xerrdet post għal Luna, kelba li nstabet waħidha. Mal-ewwel persuna li sabet f’dawk il-mumenti, marret mill-ewwel għandu, bħal qisu kellha bżonn l-appoġġ.

“Din is-sabiħa nstabet abbandunata jumejn ilu waħedha, imbeżża’, u ddisprata għall-għajnuna. Qabżet minnufih fil-karozza ta’ żagħżugħ qalbu tajba, bħal qisha qed titlob biex isalvaha. Għandha biss sentejn. Minkejja l-età tenera tagħha, diġà affaċċjat ħafna sfidi.”

Iż-żagħżugħ ħa ħsiebha bl-aħjar mod li seta’, u fittex li Luna tirċievi l-għajnuna li għandha bżonn. Christa tagħti aktar dettalji dwar Luna u tistaqsi min jista’ jagħti dar u kenn lil din l-innoċenti.

“Jekk tista’ toffrilha dik id-dar għal dejjem, jekk jogħġbok ikkuntattjani. Diġà għaddiet minn wisq. Xerred għal Luna jekk jogħġbok,” tikteb Christa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI