“Qalulna Li M’Hemmx Bżonn Nagħmlu Kwarantina” Għax Il-Kuntatt Pożittiv Kien Bla Sintomi

Persuna bgħatet messaġġ lit-tabib Frank Portelli, fejn qaltlu li tinsab ftit konfuża dwar ir-regoli tal-kwarantina.

“Nhar il-Ġimgħa t-tifel tagħna ġie f’kuntatt ma’ każ pożittiv fil-klassi. Ħadna l-prekawzjonijiet tagħna u morna fi kwarantina sakemm kellna aktar tagħrif. Illum għamilna t-testijiet u stennejna r-riżultati.

“Illum ċemplulna u qalulna biex nagħmlu l-kwarantina obbligatorja, siegħa wara reġgħu ċemplulna u qalulna li m’hemmx bżonn li nagħmlu kwarantina, għax għalkemm il-kuntatt ġie pożittiv (għall-Covid-19) hu ma kellu l-ebda sintomi (?)”

Il-persuna spiċċat billi talbet it-tabib jgħinha tagħmel xi sens minn dan kollu. Allura xi jfisser dan kollu? Li jekk wieħed jiġi f’kuntatt ma’ persuna pożittiva li tkun bla sintomi m’għandux għalfejn jagħmel kwarantina?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI