Skont informazzjoni ppubblikata minn MAViO News, il-linja tal-ajru Qatar Airways qed tippjana li tissospendi s-servizz tagħha lejn Malta matul l-istaġun tas-sajf li ġej.
Sorsi qrib is-settur tal-avjazzjoni kkonfermaw li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet interni dwar din id-deċiżjoni. Minkejja dan, għad hemm ftit tama li r-rotta bejn Doha u Malta tista’ terġa’ tibda mill-15 ta’ Settembru 2026. Għaldaqstant, dan jiddependi minn approvazzjoni finali mill-uffiċċju reġjonali tal-linja tal-ajru.
B’din id-deċiżjoni, Malta se tkun qed titlef ir-rabtiet tagħha ma’ pajjiżi importanti fosthom dawk mal-Lvant Nofsani u lil hinn. Sadanittant, Malta International Airport jibqa’ ċentru kruċjali għall-ivvjaġġar lejn u minn Malta u kull bidla fir-rotot ta’ linji tal-ajru ewlenin bħal din tkun qed tiġi osservata mill-qrib minn dawk kollha involuti fis-settur turistiku u kummerċjali.
Facebook/ MAViO