Illum, it-22 ta’ April, filwaqt li d-dinja kollha qed tfakkar jum id-dinja, tajjeb li niftakru kemm hu importanti li nieħdu ħsieb il-pjaneta tagħna.
F’din l-okkażjoni, il-paġna Nina u Ninu qasmet messaġġ sabiħ mas-segwaċi Maltin. Huma fakkru kif Malta hija mimlija storja u natura u kif f’Jum id-Dinja għandna nieqfu ftit, inħarsu madwarna u napprezzaw dak li għandna.
Pajjiżna, minkejja d-daqs tiegħu, iġorr miegħu wirt uniku – mit-tempji preistoriċi li huma fost l-eqdem fid-dinja, sal-baħar ċar u nadif li jdawwarna u kulur li jinbidel ma’ kull staġun. Huma ftit il-postijiet fid-dinja li joffru taħlita daqshekk sabiħa ta’ storja u natura flimkien.
Il-messaġġ tagħhom jisħaq ukoll fuq punt importanti ħafna: il-bżonn li nrabbu lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin biex jgħożżu u jieħdu ħsieb din il-ġżira għażiża tagħna. Għax il-futur tal-ambjent jiddependi minn dak li nagħmlu llum.
Facebook/ Nina u Ninu