Ftit ilu rajna lill-kantant lokali Mark Anthony Bartolo waqt il-Malta Eurovision, fejn għal sena oħra seraq il-qlub ta’ kulħadd. Kien mument speċjali għalih hekk kif wasal sal-finali, u llum huwa mument speċjali ieħor hekk kif gradwa bħala għalliem tal-mużika.
“Uffiċjalment gradwajt fil-Masters tat-Tagħlim tal-Mużika. Qatt ma ħsib li se jasal dan il-jum,” kiteb Mark. Qasam ritratt liebes it-toga, u ftit wara xerred filmat b’messaġġ minn qalbu biex jagħmel kuraġġ lil min għadu qed jaħdem biex jasal fejn jixtieq.
“Bdejt nistudja ta’ 23 sena, u l-punt huwa dan, li qatt mhu tard. Imbilli waqaftu ma jfissirx li huwa tard,” jgħid Mark. Prosit kbira Mark u nawgurawlek iżjed suċċessi!
Facebook/ Mark Anthony Bartolo