Hekk kif fadal biss ftit ġimgħat għall-Milied, l-attivista tal-annimali Maria D’Amato ħabbret li sa tkun qiegħda tbigħ xi ħelu tal-Milied fosthom mince pies kif ukoll christmas logs, bit-tir li jinġabru fondi għall-annimali abbandunati.
Din mhijiex l-ewwel darba li l-attivista qiegħda tniedi din l-inizjattiva għan-nom tal-għaqda Innocent Paws Malta li tgħin regolarment diversi annimali li jsibu rwieħhom abbandunati.
Prosit tassew!