Il-Gozo SPCA tellgħu post dwar żewġt iklieb li sfortunatament huma pożittivi għas-sandlfy u li bħalissa qed ifittxu dar.
“Bħalissa qed infittxu li nagħtu dar ġdida lil żewġt iklieb, li t-tnejn li huma ttestjaw pożittivi għas-sandfly. Is-sandfly, jew aħjar, il-leishmaniasis, hija marda li tiġi trasmessa l-aktar minn gidma ta’ insett żgħir kulur ir-ramel, li hija prevalenti f’ħafna pajjiżi tal-Mediterran.”
“Ħafna klieb huma infettati u qatt ma juru sintomi, jew biss aktar tard fil-ħajja,” huma komplew jgħidu. “Studji f’pajjiżi oħra tal-Mediterran jissuġġerixxu li forsi 10% tal-klieb f’Malta huma pożittivi. L-aktar f’riskju huma l-klieb li jitħallew jorqdu barra fil-livell tal-art.”
“Is-sandfly jikkomprometti s-sistema immunitarja, u s-sinjali tipiċi huma dwiefer mibrumin u feriti li jieħdu ħafna żmien biex ifiequ. Ħafna sidien jittestjaw il-klieb tagħhom kull sena permezz ta’ test tad-demm sempliċi, ġeneralment fl-ewwel ftit xhur tas-sena. L-agħar żmien għall-gdim huwa madwar is-sebħ u n-nhar fis-sajf.
Is-sors primarju huwa mill-gidma tal-insett, iżda jista’ jiġi trasmess ukoll mill-omm jekk tkun pożittiva waqt it-tqala, jew f’każijiet improbabbli ħafna, mill-bżieq jew mid-demm ta’ kelb ieħor. Madankollu, ir-riskju ta’ trasmissjoni minn kelb għal kelb huwa estremament baxx.”
“20-30 sena ilu, kelb iddijanjostikat bis-sandfly kien meqjus bħala b’sentenza tal-mewt, għax ma kien hemm l-ebda kura, flimkien ma’ dan ġeneralment kien iddijanjostikat biss meta kienu jidhru sintomi severi,” huma komplew jispjegaw.
“Imbagħad instab trattament (mhux kura) f’mediċina umana għall-gotta. Hija medikazzjoni ġenerika, isem wieħed huwa alupurinol, u hija pillola li tingħata kuljum jew darbtejn kuljum, u hija rħisa, id-dożaġġ jiddependi mid-daqs tal-kelb u s-severità tal-każ, iżda madwar 2 ewro fil-ġimgħa.”
“Issa hemm tilqima, iżda tista’ tingħata biss lil klieb negattivi għas-sandfly. Nafu li l-klieb jibqgħu fuq kura għal aktar minn 10 snin, jgħixu ħajja normali.”
Facebook / Gozo SPCA