Illum huwa għeluq snin Fr. Ray Toledo. Hu twieled fis-26 ta’ Frar tal-1960 u b’hekk illum hu għalaq 60 sena. Il-paġna tal-Facebook St.Julian’s Malta kitbu ftit dwar dan is-saċerdot maħbub.
“Fr. Ray Toledu illum jagħlaq 66 sena,” huma kitbu. “Fr. Ray twieled ġewwa Birkirkara u huwa t-tieni fost erba’ aħwa. Huwa studju fl-iskola primarja ta’ Santa Monika u fl-iskola sekondarja ta’ Birkirkara u n-Naxxar.”
“Il-passatemp tiegħu huwa l-isport, li jinkludi football, table tennis, wind surfing u sailing,” huma komplew jgħidu. “Hu kien ordnat saċerdot fis-6 t’Ottubru tal-1990. Hu ħa l-pussess tiegħu bħala kappillan ta’ San Ġiljan fl-14 ta’ Marzu 2004. Wara li temm din il-kariga huwa ħadem fil-Kurja bħala Delegat għall-Parroċċi.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu f’dan il-jum importanti!
Facebook / St. Julian’s Malta