Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa xtaq jaqsam twissija għall-pubbliku rigward profil falz b’ritratt tiegħu. Hu jiġbed l-attenzjoni tagħhom biex joqogħdu attenti minn dan l-ingann.
“Avviż importanti. Qed jidhru profili foloz li qed jużaw ismi u r-ritratti tiegħi. Dawn mhumiex tiegħi. Jekk tirċievu messaġġi suspettużi, twieġbux anzi rrappurtaw u bblokkjaw il-profil.”
Hu jkompli jikkjarifika, “Il-komunikazzjoni tiegħi ssir biss minn dan il-profil uffiċjali mmarkat bit-tick blu. Grazzi tal-għajnuna tagħkom.”
Attenti u xerrdu dan l-avviż ta’ David.
Facebook/ David Casa