Iċ-ċiklun Harry ħalla ħafna ħsarat warajh, fosthom ħsarat fit-toroq tagħna li jistgħu jkunu ta’ periklu. Il-kunsill lokali ta’ Birkirkara spjega li diġa bdew isewwu din il-ħsara u rringrazzjaw lin-nies tal-lokal għall-paċenzja tagħhom.
Fuq il-midja soċjali kitbu, “Minħabba l-maltemp qawwi li laqat il-gżira tagħna fl-aħħar jiem, kellna diversi każijiet ta’ ħsara fit-toroq u fi spazji pubbliċi. Għalhekk il-Kunsill diġà beda x-xogħlijiet ta’ tiswija fejn kien meħtieġ, u se nkomplu nduru sabiex nidentifikaw aktar toroq li jeħtieġu tiswija fil-jiem li ġejjin.”
Żiedu jgħidu, “Nirringrazzjawkom tal-paċenzja u l-kooperazzjoni tagħkom waqt dawn ix-xogħlijiet, u nħeġġukom tinfurmaw lill-Kunsill jekk tinnotaw xi ħsara oħra billi ċċemplu fuq 21442626.”
Facebook / Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara