Joven Grech, magħruf bħala Tenishia, jiġbed l-attenzjoni dwar billboard li tweħħlet bħala kampanja kontra l-użu tad-droga fejn hemm żball oħxon tal-ortografija.
“Qed nipprova nifhem…Id-disinjatur? Dak li approva d-disinn?Il-printer?Jew dawk li waħħluha mal-ħajt?Jew nuċċali jew kokaina.Il-hype? Ngħiduha kif inhi… qed tagħti ħafna riksy vibes.”
Dan l-iżball żgur li qajjem kurżità fost min rah, speċjalment f’kampanja li tipprova tgħaddi messaġġ importanti. Jista’ jkun każ ġenwin fejn ħarab id-dettall! Inti kont tilmħu kieku?