Wara l-Għid, ħafna nies jibdew il-famuża dieta tas-sajf b’entużjażmu kbir sabiex jiksbu summer body. Imma x’tgħid ix-xjenza? L-aktar żball komuni huwa li wieħed jaqbeż għal dieta restrittiva f’daqqa. Dan jista’ jnaqqas ir-rata tal-metaboliżmu u jżid il-livelli tal-ormon li jikkawżah ġuħ, magħruf bħala ghrelin, filwaqt li jnaqqas leptin, li joħloq dak is-sens ta’ xaba’. Ir-riżultat ta’ dan? Aktar cravings u binge eating.
Studji juru li telf ta’ piż sostenibbli jiddependi fuq caloric deficit moderat, u mhux estrem. Dan ifisser li tiekol ftit inqas kaloriji milli taħraq, imma xorta tagħti lill-ġisem nutrijenti biżżejjed: proteini biex iżżomm il-massa muskolari, fibra biex tgħin fis-satjetà, u xaħmijiet b’saħħithom għall-bilanċ ormonali.
Importanti wkoll l-attività fiżika. Taħlita ta’ strength training u mixi jew kardjo tgħin biex tistimula l-muskoli u jiżdied il-ħruq tal-enerġija. Barra minn hekk, l-irqad u l-istress għandhom rwol kruċjali; nuqqas ta’ rqad jista’ jżid il-ġuħ u jfixkel ir-regolazzjoni tal-piż.
Għalhekk, minflok dieta drastika wara l-Għid, metodu aktar effiċjenti huwa bidla gradwali fl-istil ta’ ħajja. Mhux biss tilħaq “summer body”, imma dieta li tista’ żżommha fit-tul mingħajr dik il-battalja kostanti mal-ikel.