Aktar ma jgħaddi aktar qed iżid it-terrur fl-Istati Uniti wara li bosta min-nies, fosthom ċittadini tal-Istati Uniti, qed jiġu maltrattati mill-aġenti tal-ICE. Fosthom hemm Renee Nicole Good, vittma ta’ omiċidju li nqatlet riċentament fil-vettura tagħha. Dan wara li aġent tal-ICE spara tiri fil-konfront tagħha u qatilha fuq il-post. Xi rapporti qed jgħidu wkoll li l-ewwel għajnuna ma tħallietx tasal fuq il-post, minħabba l-istess aġenti tal-ICE.
Renee Nicole Good ħalliet warajha l-mara tagħha kif ukoll 3 itfal, biż-żgħir kellu biss 6 snin. Il-kbar tagħha għandhom biss 15 u 12-il sena.
Wara l-qtil tagħha, numru ta’ nies ħarġu fit-toroq jipprotestaw kontra l-ICE li ilhom jitterorizzaw l-Amerka b’manjiera mhux tas-soltu mill-ħatra ta’ Trump bħala Preisdent is-sena l-oħra. Trump kien fost dawk li qalu li dan il-qtil kien b’self defense.
Tistrieħ fis-sliem u nittamaw li ssir ġustizzja magħha.
Facebook/Josie Nicole