Donnha dik il-ftit sħana li kellna se terġa’ titlaq! Skont l-aġġornament tat-temp fuq il-paġna Malta Weather, jidher li min-nhar it-Tnejn se jerġa’ jkollna temp Xitwi.
Il-paġna żvelat li “Riħ qawwi mill-Punent u ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad mistennija jolqtu l-Gżejjer Maltin nhar it-Tnejn li ġej hekk kif firxa intensa ta’ pressjoni baxxa tgħaddi minn fuq l-Italja u l-Balkani!”
Il-fiduċja f’din il-previżjoni hija dik ta’ 80% (għolja). Din hija aħbar tajba jew ħażina għalik? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Malta Weather