Ixxerja
Kburija kbira għal Malta wara li Ritmay Spiteri kisbet rebħa oħra fil-karriera professjonali tagħha fil-K1, f’ġlieda li saret nhar is-27 ta’ Novembru waqt l-MTGP Fight Night.
Ritmay, li għal ħafna hija magħrufa wkoll bħala “The Doctor”, telgħet fir-ring għat-tieni ġlieda professjonali tagħha fil-kategorija Featherweight, taħt ir-regoli tal-K1. Din id-darba kellha quddiemha sfida iebsa kontra l-Franċiża-Ġappuniża Madeleine Miyamatsu.
Miyamatsu daħlet għal din il-ġlieda b’rekord professjonali impressjonanti ta’ 11-il ġlieda, bi 8 rebħiet u 3 telfiet, iżda Ritmay uriet il-qawwa u d-determinazzjoni tagħha. Il-ġlieda spiċċat fit-tieni round, meta Ritmay kisbet rebħa permezz ta’ Technical Knockout (TKO).
Rebħa li mhux biss iżżid kapitlu ieħor mal-karriera tagħha, iżda wkoll tagħti raġuni oħra lil ħafna Maltin biex ikunu kburin bit-talent u d-dedikazzjoni tagħha.
Ixxerja
Miktub Minn
Matthea Grech
Għandi passjoni kbira għal-lingwa Maltija. Jien studenta u interessata ferm f'dak kollu li qed jiġri madwarna, speċjalment fid-dinja tal-ispettaklu. Nikkunsidrani bħala persuna pożittiva, kunfidenti u lesta biex ngħin lil ħaddieħor. Dejjem bi tbissima fuq fommi u ċajta ma nafx neħodha! Fil-ħin liberu tiegħi inħobb ninżel ħdejn il-baħar għax hemm insib is-serħan tal-moħħ u l-ispirazzjoni biex nikteb il-poeżiji. Apparti minn hekk, inħobb naqra rumanzi romantiċi bil-Malti u jaffaxinawni ħafna l-lingwi fosthom l-Ispanjol u t-Tork.
“Ismek, Li Jfisser ‘Gwerrier Żgħir’, Ma Setax Ikun Aktar Adattat Għalik.” –
Matthea Grech
Illum
Wara xhur ta’ ħolm, stennija u immaġinazzjoni ta’ kif se jkun dan il-mument, fl-aħħar wasal il-jum li fih Kurt Galea, u l-familja tiegħu setgħu jżommu f’idejhom lil Kaiden.B’emozzjoni kbira, Kurt , li nafuh bħala preżentatur mal-89.7 Bay, ħabbar il-wasla taċ-ċkejken Kaiden fid-dinja, filwaqt li qal li kemm ommu kif ukoll it-tarbija jinsabu f’saħħithom. L-isem Kaiden, […]