Il-fotografu Benny Scerri rnexxielu jaqbad mument tassew impressjonanti meta ħa ritratt ta’ sula (Northern Gannet) waqt li kienet qed ittir fuq il-baħar, f’kundizzjonijiet ta’ riħ qawwi. Ir-ritratt, li ġie ppubblikat fuq il-paġna Birds Migration in Malta, juri l-għasfur b’ġwienaħ miftuħa waqt it-titjira tiegħu.
Skont l-informazzjoni li qasam Scerri, ir-ritratt ittieħed nhar it-Tnejn, 2 ta’ Novembru 2026, madwar 87 kilometru ’l barra minn Malta, f’riħ li laħaq Forza 9. Huwa identifika l-għasfur bħala sula tat-tieni sena, magħrufa xjentifikament bħala Morus bassanus.
Is-sula hija għasfur tal-baħar magħruf għall-ġwienaħ twal u rqaq tiegħu u għall-mod kif jogħdos għall- ħut mill-ajru. L-għasafar żgħar għandhom rix iktar skur u hekk kif jikbru, gradwalment jiżviluppaw il-kuluri tal-adulti.
Facebook/ Benny Scerri fuq il-Paġna Birds Migration in Malta