L-ansjetà taħdem f’kollox u kullimkien. Il-preżentatriċi Dorianne Mamo taqsam mument vulnerabbli mas-segwaċi tagħha. Hi tikteb, “Dan ritratt tiegħi li fih qed nitbissem ittieħed wara bikja twila waqt li kont btala. Il-vaganzi u l-biki jistgħu ma jmorrux flimkien għal xi wħud, u xorta nħossni konxi bejn u bejn ruħi dwar kif jirnexxieli nħossni anzjuża waqt li nkun fuq btala.”
Hi tkompli tispjega, “Fil-fatt hija d-doppju tal-pressjoni, għax taf li qiegħed hemm għal żmien limitat u allura tħoss li inti kważi obbligat li tgawdi kull milli sekonda waħda. Il-pożittiv, hekk kif qed nikber fl-età (u aktar għaqal u kunfidenza u kburija b’min jien), hija li każijiet bħal dawn jiġru lil kulħadd kultant anke jekk ngħixu f’dinja fejn probabbilment nagħżlu liema ritratti nieħdu u npoġġu.”
B’mod sinċier tistqarr, “Li jkolli ngħaddi minn żminijiet bħal dawn jista’ jkun ta’ uġigħ imma tgħallimt inħaddan kull sekonda f’kollox, billi naf li wara l-mumenti bħal dawn jiġu mumenti mill-isbaħ. L-ansjetà tista’ tkun kiefra imma li tkun kapaċi tagħraf dak il-mument u forsi tilħaq il-maħbubin tiegħek biex taqsam il-piż jġiblek sodisfazzjon.”
Fl-aħħar tagħlaq b’messaġġ pożittiv, kif kulħadd jaf lil Dorianne, “Il-ħajja sabiħa tant u qatt ma nieqaf niġġieled għall-ferħ veru f’kollox.”