Sab Is-Soluzzjoni Biex Il-Gass Naturali Tal-Bniedem Ikun Ifuħ – Tgħid Kif?

Jekk taf lil xi ħadd li jixħet naqa mhux ħażin, u jħallu riħa xejn pjaċevoli mela qed fil-post it-tajjeb. Raġel Franċiż qed jgħid li sab is-soluzzjoni permezz ta’ pillola li ħoloq li din ir-riħa ta’ gass naturali tinbidel f’riħa tfuħ li tista’ tkun ta’ ward sa ċikkulata.

L-idea ġiet grazzi għal Christian Poincheval u l-prodott jismu PilulePet! Ħareġ b’din l-idea wara li kellu xi mistiedna d-dar u d-dar tiegħu spiċċat tinxtamm qisha post tad-dranaġġ bil-gass li kienu qed jarmu. Min jaf kinux qed jieklu l-fażola?

Beda jiżviluppa dawn il-pilloli lura fl-2007 u llum il-ġurnata għandu xelta sħiħa, bi rwejjaħ varji. Tista’ tagħżel l-aroma li tixtieq qalbek! Jekk qed tinkwieta dwar il-pilloli, tista’ isserraħ moħħok li huma kompletament naturali! Taf lil xi ħadd li għandu bżonnhom?

Facebook / PilulePet

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI