"Sakemm Nerġgħu Niltaqgħu… Awguri F'Għeluq Sninek Mamà" – Colin Aquilina

Colin, li ħafna jiftakruh mill-programm popolari Tista’ Tkun Int, ilbieraħ qasam messaġġ mill-qalb b’dedika mill-isbaħ lill-għażiża ommu li kienet tiċċelebra għeluq sninha.

Hu kiteb, “Qatt ma ħsibt li ma nerġax ngħannqek… Qatt ma ħsibt li ma nerġax narak… Nimmissja t-taħdidiet tagħna ta’ kuljum li ma jintemmu qatt… Nimmisja l-kliem tiegħek ta’ inkoraġġiment… Nimmissja t-tmiem tal-ġurnata bil-messaġġi tagħna…”

Colin kompla jgħid, “Qatt ma ħsibt li ma tkunx hawn iktar… Int kont u tibqa’ l-ispirazzjoni tagħna, il-blata tagħna, l-omm tagħna! Nimmisjak ħafna! Sakemm nerġgħu niltaqgħu… Awguri f’għeluq sninek Mamà! Inħobbok ħafna.”

Kuraġġ Colin żgur li qiegħda tħares lilek u lill-familja sabiħa tiegħek!





Facebook / Colin Aquilina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI