“Sar Rapport Lill-Pulizija U X-Xelter Reġa’ Ngħalaq … Iva, Se Nkompli Naħdem Biex Nipproteġi Dan Is-Sit” – Luke Said

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-attivist Għawdxi Luke Said qasam mas-segwaċi tiegħu informazzjoni dwar att ta’ vandaliżmu li seħħ riċentament. Huwa qal li ukoll li se jkompli bil-ħidma tiegħu.

Hu qal, “Kemm jien irrabjat u diżappuntat! Wieħed mill-akbar xelters fin-Nadur ġie vandalizzat ... Biż-Żebgħa, biż-Żibel, bin-Nar. Hekk kif għalaqnieh, biex ħadd ma jweġġa’, xi ħadd iddeċieda jaqta’ l-katnazz. Ma jimpurtax, nagħmlu ieħor. U għamilna ieħor … u dan il-katnazz ukoll inqata’ b’xi mod.”

Żied, “Sar rapport lill-pulizija u x-xelter reġa' ngħalaq. Iva, se nkompli naħdem biex nipproteġi dan is-sit.  Qed naħdem biex niksbu permess mis-sovrintendenza tal-kultura biex innaddfuh. Sabiex dan is-sit uniku jkun jista' jitgawda minn dawk li jiġu warajna. Le, mhux se naqta' qalbi.”

Qasam ukoll xi ritratti fil-kummenti li tistgħu ssegwuhom hawn:

Prosit kbira u grazzi ta’ dak kollu li qed tagħmel għal gżiritna!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI