Il-mużiċist magħruf Jacob Portelli qasam ħsieb serju u profond fuq il-midja soċjali dwar sitwazzjoni li qed jinnota ta' kuljum waqt il-quddies f'pajjiżna. Portelli spjega li waqt it-tqarbin, spiss jagħmel mezz biex idoqq l-arpa tiegħu bl-amment ħalli jkun jista' josserva x'ikun qed jiġri madwaru, u dak li qed jara qed jinkwetah ħafna.
Huwa wera d-diżappunt tiegħu għall-fatt li ħafna nies jitilgħu jirċievu l-Ewkaristija fuq l-idejn iżda ma jikkonsmawhiex minnufih. Minflok, uħud jibqgħu sejrin biha jew saħansitra jitfgħuha fil-but. Portelli nnota wkoll li min ikun qed iqarben mhux dejjem jagħti kas, u meta jiġbed l-attenzjoni wara l-quddiesa, spiss isib reazzjoni passiva.
Skont Portelli, dan huwa sintomu ċar ta’ nuqqas ta’ fidi u qed iħalli fih għafsa kbira ta’ qalb, filwaqt li appella għal aktar attenzjoni u rispett lejn dik li hija l-aktar ħaġa prezzjuża fil-liturġija.