Il-vjaġġ ta’ tfajla bid-down syndrome li rnexxielha twettaq il-ħolma tagħha u saret l-ewwel avukat b’din il-kundizzjoni ikompli jispira lil bosta sal-lum il-ġurnata hekk kif juri bil-fatti li m’hemm l-ebda limitu għall-ħolm tal-bniedem.
Meta xhur ilu t-tfajla Messikana Ana Victoria Espino de Santiago ngħatat il-warrant ta’ avukat, dakinhar kienet saħqet li x-xewqa tagħha kienet li tgħin persuni li m’għandhomx vuċi u kien proprju għalhekk li saret avukat, għaliex emmnet li permezz ta’ din il-karriera setgħet tkun f’pożizzjoni aħjar sabiex tagħti din l-għajnuna.
B’umiltà t-tfajla rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li emmnu fiha, inkluż l-għalliema tagħha li dejjem tawha s-sapport kollu meħtieġ u fi kliemha tgħid li “kienu parti integrali minn dan is-suċċess tagħha”.
Facebook / Humanity Life