“Diffiċli Wisq Mingħajrek. Kemm Qatt M’għandna Nieħdu Xejn For Granted Jaħasra.” – Noami Cachia

Naomi Cachia qasmet messaġġ mill-aktar emozzjonanti fuq il-midja soċjali hekk kif fakkret it-tieni anniversarju minn meta tilfet persuna għażiża ħafna għaliha, it-telfa ta’ missierha.

Fost kliem mimli niket u mħabba, Naomi esprimiet kemm in-nuqqas għadu jinħass fil-ħajja tagħha ta’ kuljum, partikolarment f’din il-fażi importanti ta’ ħajjitha. Hija kitbet kif timmaġina lil missierha għadu magħha, jieħu ħsiebha, jinkwieta għaliha u jkun preżenti f’kull dettall tal-ġurnata.



“Qatt ma immaġinajt li se jkolli nagħmilha mingħajrek miegħi din il-fażi. Diffiċli wisq mingħajrek,” kitbet Naomi fil-messaġġ tagħha, kliem li laqat ħafna persuni li segwew il-post tagħha.



Hija kompliet tirrifletti wkoll dwar kemm fil-ħajja m’għandna qatt nieħdu lil dawk li nħobbu “for granted”, filwaqt li stqarret li din il-persuna tibqa’ tissemma kontinwament fil-familja u tibqa’ maħbuba għal dejjem.

Il-messaġġ intemm bi kliem sempliċi iżda mimli sentiment: “Nimmissjawk u nħobbuk għal dejjem da, it-tifla ta’ Noel.”



Ritratti:

Facebook / Naomi Cachia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI