Waqt il-programm ‘Twenty One’ li jixxandar fuq One Tv, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega li ser ikunu qed jintroduċu sistema ta’ bookings għall-vaċċin tal-Covid-19.
Ser tintbagħat nota lil kull dar f’Malta u Għawdex biex dawk li jkunu għadhom ma tlaqqmux ikunu jistgħu jibbukjaw it-tilqima b’mezzi onlajn, permezz tat-telefown jew anke b’ittra. Wara li jiġi bbukjat il-vaċċin jintbgħat appuntament biex dak li jkun jirċievi t-tilqima.
Min irid ser ikollu wkoll l-opportunità li jirċievi l-vaċċin mingħand it-tabib tal-familja tiegħu.