Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, Ryan Cachia awgura lil kull min ħa sehem f’Serata Jum is-Siġġiewi.
Hu kiteb, “Serata Jum is-Siġġiewi. Ċelebrazzjoni ta’ raħal u ta’ niesu. Nawgura lil kull min irċieva xi mertu jew rikonoxximent ta’ ħidmietu b’risq is-Siġġiewi. Serata bħal tal-bieraħ ma setgħetx tkun possibli mingħajr il-ħidma tas-Sindku Julian Borg, kunsilliera, staff amministrattiv, voluntiera u artisti. Grazzi speċjali lid-Direttur Artistiku Anson David u d-Direttur Mużikali Peter Paul Zammit xogħol impekkabbli. Awguri Siġġiwin.”
Tassew hija esperjenza sabiħa li jkollok il-ħidma tiegħek rikonoxxuta mir-Raħal li tkun għext fih. Nawguraw lil kull min irċieva xi premju f’din is-serata sabiħa Maltija.
Facebook / Ryan Cachia