Il-General Workers Union dalgħodu għaddiet is-solidarjetà tagħha lill-ħaddiem li l-karozza tiegħu spiċċat ballun nar kmieni dalgħodu! Fuq il-paġna tagħhom huma kitbu, “Għadna kif ġejna infurmati li matul il-lejl li għadda sfat maħruqa vettura ta’ Uffiċjal Korrettiv fil-lokalità ta’ Ħal Qormi. Solidarjetà mal-Uffiċjal inkwistjoni u l-familja kollha tiegħu.”
Aħna f’isem Gwida.mt, ngħaddu s-solidarjetà tagħna u nittamaw li ma weġġa’ ħadd. Kif wieħed jista’ jara mir-ritratti li qasmu l-General Workers Union, il-karozza spiċċa ballun nhar u fuq il-post ġew imsejħa l-uffiċjali tat-tifi tan-nar sabiex jassiguraw li n-nar jintefa bla problemi ta’ xejn.
Facebook / GWU – Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section