"Sfortunatament, Temmejt Is-Servizz Tiegħek Bi Traġedja Li Ħallietlek Impatt Fuq Ħajtek…" – Bint Simon Schembri Fi Tmiem Is-Servizz Tiegħu

Bint il-kuntistabbli Simon Schembri xtaqet tfakkar dak kollu li għaddew minnu l-familjari kollha tagħha kemm waqt il-qadi tas-servizz tiegħu kif ukoll meta kellu dik it-traġedja kerha f’Ħal Luqa. 

Leah Schembri issemmi li f’ħajjithom raw minn kollox, anke dalmiet koroh, iżda li minnhom irnexxielhom joħorġu. “25 sena ssalva l-ħajjiet, tgħin lil ħaddieħor, tgħaddi minn ġon-nar għan-nies u fuq kollox tkun pazjent int stess u tispiċċa bik innifsek tiġġieled għal ħajtek.” Leah tgħid li pajjiżna għandu bżonn aktar persuni bħal missierha, persuni li jgħinu minn qalbhom bl-aħjar mod. 

“It-traġedja li għaddejna minnha għenitna nindunaw kemm hu importanti li ngawdu kull mument li għandna flimkien u nagħmlu l-aħjar fil-mumenti li għandna lil xulxin kuljum! Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, jien saħansitra iktar kburija bit-trofej u l-kisbiet kollha li qlajt inti.”





Minn qalbna nirringrazzjaw lil dan l-eroj tal-ġid kollu li għamel u tas-servizz mill-qalb li dejjem ta f’25 sena. Nixtiequlu ħajja mimlija saħħa u kuntentizza flimkien mal-għeżież tiegħu. Brava u prosit Leah ta’ dawn l-erba’ kelmiet qawwijin.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI