Ħafna jaħsbu li l-prezzijiet tat-titjiriet huma każwali. Imma fil-verità, mhumiex. Il-prezzijiet tat-titjiriet tal-ajruplani huma kkontrollati minn sistemi u algoritmi li janalizzaw id-domanda, l-imġiba tal-konsumaturi u l-ħin meta jsiru t-tfittxijiet u l-bookings.
Meta jkun hemm inqas kompetizzjoni u inqas urġenza, bħas-sigħat ta’ tard bil-lejl, is-sistemi spiss jirreaġixxu bi prezzijiet aktar baxxi. Mhux minħabba “hacks sigrieti”, iżda għax is-sistema tkun aktar kwieta. Il-ħin ta’ bejn is-2:00 u 3:00 ta’ filgħodu huma ideali!
L-istess loġika tapplika lil hinn mill-ivvjaġġar. Fin-negozju u fis-swieq, min jifhem it-timing u kif jaħdmu s-sistemi ħafna drabi jmur aħjar minn min jaġixxi biss meta jkun konvenjenti.
Mhux dejjem tirbaħ billi tipprova aktar. Kultant tirbaħ billi tkun hemm fil-mument it-tajjeb, meta ftit oħrajn ikunu qed jagħtu kas.