Żewġ tfal li jgħixu mas-sorijiet sabu tarbija abbandunata ħdejn tank tal-iskart mimlija gdim tan-nemus eżattament maġenb il-bieb tal-istitut.
Minnufih it-tfal sejħu lis-sorijiet li dawn kienu pronti ġabru lit-tarbija u raw li tingħata l-assistenza medika li kellha bżonn. Fil-fatt, huma saħansitra taw l-isem ta’ Franġisku lit-tarbija.
Saċerdot li ssejjaħ ftit wara sabiex ibierek lit-tarbija ddeskriva dan il-mument bħala wieħed mill-aktar emozzjonali. Il-każ seħħ ġewwa l-Vjetnam.
Ħafna kienu dawk li faħħru dan il-ġest nobbli li permezz tiegħu ġiet salvata din it-tarbija.
Sors: Church Pop